+Artikolu 16 2.

Artikolu 16 2.

Wara li tirċievi notifika, is-CSIRT maħtura bħala koordinatur li tkun l-ewwel waħda li tirċievi n-notifika għandha, mingħajr dewmien, tgħaddi n-notifika permezz tal-pjattaforma unika tar-rapportar lis-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun indika li l-prodott b’elementi diġitali jkun tqiegħed.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u, b’mod partikolari, fuq talba mill-manifattur u fid-dawl tal-livell ta’ sensittività tal-informazzjoni notifikata kif indikat mill-manifattur skont l-Artikolu 14(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, id-disseminazzjoni tan-notifika tista’ tiddewwem abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati relatati maċ-ċibersigurtà għal perjodu ta’ żmien li jkun strettament meħtieġ, inkluż meta vulnerabbiltà tkun soġġetta għal proċedura ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Meta CSIRT tiddeċiedi li żżomm notifika, din għandha tinforma minnufih lill-ENISA dwar id-deċiżjoni u tipprovdi kemm ġustifikazzjoni għaż-żamma tan-notifika kif ukoll indikazzjoni ta’ meta se tqassam in-notifika f’konformità mal-proċedura ta’ disseminazzjoni stabbilita f’dan il-paragrafu. L-ENISA tista’ tappoġġja lis-CSIRT fl-applikazzjoni tar-raġunijiet relatati maċ-ċibersigurtà b’rabta mad-dewmien tad-disseminazzjoni tan-notifika.

F’ċirkostanzi partikolarment eċċezzjonali, meta l-manifattur, fin-notifika msemmija fl-Artikolu 14(2), il-punt (b), jindika:

(a) 

li l-vulnerabbiltà notifikata tkun ġiet sfruttata b’mod attiv minn attur malizzjuż u, skont l-informazzjoni disponibbli, ma tkun ġiet sfruttata fl-ebda Stat Membru ieħor għajr dak tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur li l-manifattur ikun innotifikalha l-vulnerabbiltà;

(b) 

li kwalunkwe disseminazzjoni ulterjuri immedjata tal-vulnerabbiltà notifikata x’aktarx tirriżulta fl-għoti ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali ta’ dak l-Istat Membru; jew

(c) 

li l-vulnerabbiltà notifikata toħloq riskju għoli imminenti għaċ-ċibersigurtà li jirriżulta mid-disseminazzjoni ulterjuri;

l-informazzjoni li saret notifika mill-manifattur, l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodott, l-informazzjoni dwar in-natura ġenerali tal-isfruttament u l-informazzjoni li tqajmu raġunijiet relatati mas-sigurtà biss għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ENISA simultanjament sakemm in-notifika sħiħa titqassam lis-CSIRTs ikkonċernati u lill-ENISA. Meta, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, l-ENISA tqis li hemm riskju sistemiku li jaffettwa s-sigurtà fis-suq intern, hija għandha tirrakkomanda lis-CSIRT riċeventi li tqassam in-notifika sħiħa lis-CSIRTs l-oħra maħtura bħala koordinaturi u lill-ENISA nnifisha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit