+Artikolu 27 Preżunzjoni ta’ konformità
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.

Artikolu 27 Preżunzjoni ta’ konformità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
Il-prodotti b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, għandha titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Meta tħejji talbiet ta’ standardizzazzjoni għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tqis l-istandards Ewropej u internazzjonali eżistenti għaċ-ċibersigurtà li jkunu fis-seħħ jew li jkunu qed jiġu żviluppati sabiex tissimplifika l-iżvilupp ta’ standards armonizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 27 2.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tekniċi li jipprovdu mezz għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I għall-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-Kummissjoni tkun talbet, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I u:

(i) 

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii) 

l-istandards armonizzati li jindirizzaw dik it-talba ma jintbagħtux sal-iskadenza stabbilita f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii) 

l-istandards armonizzati ma jkunux konformi mat-talba; u

(b) 

l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà rilevanti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament ma tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata f’perjodu raġonevoli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 27 3.
Qabel ma tħejji l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati.
Artikolu 27 4.
Meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti u għandha tikkonsulta kif xieraq mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Artikolu 27 5.
Il-prodotti b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti bl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I, koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.
Artikolu 27 6.
Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta referenza għal standard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew il-partijiet tagħhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.
Artikolu 27 7.
Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista’, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
Artikolu 27 8.
Il-prodotti b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità jew ċertifikat tal-UE skont skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottata skont ir-Regolament (UE) 2019/881 għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I sa fejn id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE jew iċ-ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà, jew partijiet minnhom, ikopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 27 9.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati skont ir-Regolament (UE) 2019/881 li jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità tal-prodotti b’elementi diġitali mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà jew ma’ partijiet minnhom kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-ħruġ ta’ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ taħt tali skemi, mill-anqas fil-livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali”, jelimina l-obbligu ta’ manifattur li jwettaq valutazzjoni ta’ konformità minn parti terza għar-rekwiżiti korrispondenti, kif stabbilit fl-Artikolu 32(2), il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 32(3), il-punti (a) u (b), ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit