+Artikolu 27 1.
|
Artikolu 27 1.
Il-prodotti b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, għandha titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Meta tħejji talbiet ta’ standardizzazzjoni għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tqis l-istandards Ewropej u internazzjonali eżistenti għaċ-ċibersigurtà li jkunu fis-seħħ jew li jkunu qed jiġu żviluppati sabiex tissimplifika l-iżvilupp ta’ standards armonizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|