+Artikolu 33 Miżuri ta’ appoġġ addizzjonali għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, inklużi n-negozji ġodda
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 Miżuri ta’ appoġġ addizzjonali għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, inklużi n-negozji ġodda
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-Istati Membri għandhom, meta jkun xieraq, jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin, imfassla għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar:
(a)
jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b)
jistabbilixxu mezz iddedikat għall-komunikazzjoni mal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u, kif ikun xieraq, mal-awtoritajiet pubbliċi lokali biex jipprovdu pariri u jwieġbu l-mistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(c)
jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ ttestjar u ta’ valutazzjoni ta’ konformità, inkluż, meta dan ikun rilevanti, bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-Qasam taċ-Ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 33 2.
|
L-Istati Membri jistgħu, meta dan ikun xieraq, jistabbilixxu ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tar-reżiljenza ċibernetika. Tali ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għandhom jipprevedu ambjenti ta’ ttestjar ikkontrollati għal prodotti innovattivi b’elementi diġitali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp, id-disinn, il-validazzjoni u l-ittestjar tagħhom għall-fini ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ żmien limitat qabel l-introduzzjoni fis-suq. Il-Kummissjoni u, meta jkun xieraq, l-ENISA, jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku, pariri u għodod għall-istabbiliment u t-tħaddim tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja. L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għandhom jiġu stabbiliti taħt is-superviżjoni, il-gwida u l-appoġġ diretti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet l-oħra tas-sorveljanza tas-suq dwar l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja permezz tal-ADCO. L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess miftuħ, ġust u trasparenti għall-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja, u b’mod partikolari jiffaċilitaw l-aċċess mill-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar, inklużi n-negozji ġodda.
|
|
Artikolu 33 3.
|
F’konformità mal-Artikolu 26, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tirreklama l-appoġġ finanzjarju disponibbli fil-qafas regolatorju tal-programmi eżistenti tal-Unjoni, b’mod partikolari sabiex jittaffa l-piż finanzjarju fuq l-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar.
|
|
Artikolu 33 5.
|
L-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar jistgħu jipprovdu l-elementi kollha tad-dokumentazzjoni teknika speċifikati fl-Anness VII billi jużaw format simplifikat. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-formola simplifikata tad-dokumentazzjoni teknika mmirata lejn il-ħtiġijiet tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar, inkluż kif għandhom jiġu pprovduti l-elementi stabbiliti fl-Anness VII. Meta intrapriża mikro jew intrapriża żgħira tagħżel li tipprovdi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII b’mod simplifikat, din għandha tuża l-formola msemmija f’dan il-paragrafu. Il-korpi notifikati għandhom jaċċettaw dik il-formola għall-finijiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|