+Artikolu 33 2.
|
Artikolu 33 2.
L-Istati Membri jistgħu, meta dan ikun xieraq, jistabbilixxu ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja tar-reżiljenza ċibernetika. Tali ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għandhom jipprevedu ambjenti ta’ ttestjar ikkontrollati għal prodotti innovattivi b’elementi diġitali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp, id-disinn, il-validazzjoni u l-ittestjar tagħhom għall-fini ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ żmien limitat qabel l-introduzzjoni fis-suq. Il-Kummissjoni u, meta jkun xieraq, l-ENISA, jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku, pariri u għodod għall-istabbiliment u t-tħaddim tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja. L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għandhom jiġu stabbiliti taħt is-superviżjoni, il-gwida u l-appoġġ diretti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet l-oħra tas-sorveljanza tas-suq dwar l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorja permezz tal-ADCO. L-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess miftuħ, ġust u trasparenti għall-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja, u b’mod partikolari jiffaċilitaw l-aċċess mill-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar, inklużi n-negozji ġodda.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|