+Artikolu 47 Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.

Artikolu 47 Obbligi operattivi tal-korpi notifikati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.
Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet ta’ konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu 32 u fl-Anness VIII.
Artikolu 47 2.
Il-valutazzjonijiet ta’ konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, u jevitaw li joħolqu piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriżi, b’mod partikolari rigward l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, is-settur li joperaw fih, l-istruttura tagħhom, il-livell ta’ kumplessità tagħhom u l-livell ta’ riskju għaċ-ċibersigurtà tal-prodotti b’elementi diġitali u tat-teknoloġija inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.
Artikolu 47 3.
Il-korpi notifikati għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodotti b’elementi diġitali ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 47 4.
Fejn korp notifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew fl-istandards armonizzati korrispondenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni kif imsemmi fl-Artikolu 27 ma jkunux ġew issodisfati mill-manifattur, huwa għandu jesiġi li dak il-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità.
Artikolu 47 5.
Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp notifikat isib li prodott b’elementi diġitali ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 47 6.
Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, kif xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit