+Artikolu 56 Proċedura fil-livell tal-Unjoni dwar prodotti b’elementi diġitali li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.

Artikolu 56 Proċedura fil-livell tal-Unjoni dwar prodotti b’elementi diġitali li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tikkunsidra, fosthom abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ENISA, li prodott b’elementi diġitali li jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu evalwazzjoni ta’ dak il-prodott b’elementi diġitali li jista’ jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 54 u 55.
Artikolu 56 2.
Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li prodott b’elementi diġitali jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà fid-dawl ta’ fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq u, fejn ikun xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet kif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rilevanza tar-riskji identifikati għal dak il-prodott b’elementi diġitali fid-dawl tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-valutazzjonijiet tar-riskju għas-sigurtà kkoordinati fil-livell tal-Unjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi previsti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, u tikkonsulta, kif meħtieġ, mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u mal-ENISA.
Artikolu 56 3.
F’ċirkostanzi li jiġġustifikaw intervent immedjat biex jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li l-prodott b’elementi diġitali msemmi fil-paragrafu 1 jkun baqa’ mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u ma tkun ittieħdet l-ebda miżura effettiva min-naħa tal-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-konformità u tista’ titlob lill-ENISA tipprovdi analiżi b’appoġġ għaliha. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza rilevanti tas-suq kif xieraq. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw mal-ENISA kif meħtieġ.
Artikolu 56 4.
Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li miżura korrettiva jew restrittiva hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.
Artikolu 56 5.
Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tipprevedi miżuri korrettivi jew restrittivi fil-livell tal-Unjoni, inkluż li tesiġi li l-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati jiġu rtirati mis-suq jew imsejħa lura, fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 56 6.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mingħajr dewmien u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 56 7.
Il-paragrafi 3 sa 6 għandhom ikunu applikabbli għad-durata tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li ġġustifikat l-intervent tal-Kummissjoni, dment li l-prodott b’elementi diġitali kkonċernat ma jinġiebx f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit