Artikolu 53
Aċċess għad-data u għad-dokumentazzjoni
Fejn ikun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tal-prodotti b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifatturi tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom, fuq talba motivata, jingħataw aċċess għad-data, b’lingwa li jkunu jistgħu jifhmu faċilment, meħtieġa biex jivvalutaw id-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-ġestjoni tal-vulnerabbiltà ta’ tali prodotti, inkluża d-dokumentazzjoni interna relatata tal-operatur ekonomiku rilevanti.