+Artikolu 60 Sweeps
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.

Artikolu 60 Sweeps

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta’ kontroll (sweeps) ta’ prodotti partikolari b’elementi diġitali jew kategoriji tagħhom biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament jew biex jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sweeps jistgħu jinkludu spezzjonijiet fuq prodotti b’elementi diġitali akkwistati taħt identità falza.
Artikolu 60 2.
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, is-sweeps għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-koordinatur tas-sweep għandu, fejn ikun xieraq, jagħmel ir-riżultati aggregati disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 60 3.
Meta, hija u twettaq il-kompiti tagħha, inkluż abbażi tan-notifiki li tiriċievi skont l-Artikolu 14(1) u (3), l-ENISA tidentifika kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali li għalihom jistgħu jiġu organizzati sweeps, hija għandha tippreżenta proposta għal sweep lill-koordinatur imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għall-kunsiderazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 60 4.
Meta jwettqu sweeps, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti jistgħu jużaw is-setgħat ta’ investigazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 52 u 58 u kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 60 5.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jistiednu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni, u lil persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni, biex jipparteċipaw fis-sweeps.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit