+Artikolu 61 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
---+Artikolu 61 6.

Artikolu 61 Eżerċizzju tad-delega

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 61 2.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 13(8), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 14(9), l-Artikolu 25, l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 31(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-10 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Artikolu 61 3.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 13(8), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 14(9), l-Artikolu 25, l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 31(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 61 4.
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Artikolu 61 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 61 6.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(1) jew (2), l-Artikolu 13(8), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 14(9),l-Artikolu 25, l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 28(5) jew l-Artikolu 31(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit