Artikolu 65
Azzjonijiet rappreżentattivi
Id-Direttiva (UE) 2020/1828 għandha tapplika għall-azzjonijiet rappreżentattivi mressqa fil-konfront ta’ ksur mill-operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jagħmlu ħsara, jew li jistgħu jagħmlu ħsara, lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi.