+Artikolu 64 Penali
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
---+Artikolu 64 8.
---+Artikolu 64 9.
---+Artikolu 64 10.
|
Artikolu 64 Penali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
|
|
Artikolu 64 2.
|
In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 15 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 2,5 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
|
|
Artikolu 64 3.
|
In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 23, l-Artikolu 28, l-Artikolu 30(1) sa (4), l-Artikolu 31(1) sa (4), l-Artikolu 32(1), (2) u (3), l-Artikolu 33(5), u l-Artikoli 39, 41, 47, 49 u 53 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 10 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 2 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
|
|
Artikolu 64 4.
|
Il-forniment ta’ informazzjoni mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 5 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 1 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
|
|
Artikolu 64 5.
|
Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f’kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:
(a)
in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;
(b)
jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi mill-istess awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq oħrajn fuq l-istess operatur ekonomiku għal ksur simili;
(c)
id-daqs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, inklużi negozji ġodda, u s-sehem mis-suq tal-operatur ekonomiku li jwettaq il-ksur.
|
|
Artikolu 64 6.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li japplikaw multi amministrattivi għandhom jikkomunikaw dik l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stati Membri oħra permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
|
|
Artikolu 64 7.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar jekk jistgħux jiġu imposti multi amministrattivi fuq l-awtoritajiet pubbliċi u fuq il-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru u, jekk jistgħu, sa liema punt.
|
|
Artikolu 64 8.
|
Skont l-ordinament ġuridiku tal-Istati Membri, ir-regoli dwar il-multi amministrattivi jistgħu jiġu applikati b’tali mod li l-multi jiġu imposti mill-qrati nazzjonali kompetenti jew korpi oħra skont il-kompetenzi stabbiliti fil-livell nazzjonali f’dawk l-Istati Membri. L-applikazzjoni ta’ tali regoli f’dawk l-Istati Membri għandu jkollha effett ekwivalenti.
|
|
Artikolu 64 9.
|
Jistgħu jiġu imposti multi amministrattivi, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, minbarra kwalunkwe miżura korrettiva jew restrittiva oħra applikata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-istess ksur.
|
|
Artikolu 64 10.
|
►C1
B’deroga mill-paragrafi 2 sa 9, il-multi amministrattivi msemmija f’dawk il-paragrafi ma għandhomx japplikaw għal dawn li ġejjin: ◄
(a)
manifatturi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew intrapriżi żgħar fir-rigward ta’ kwalunkwe każ fejn jonqsu milli jilħqu l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 14(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 14(4), il-punt (a);
(b)
kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament minn amministraturi tas-software b’sors miftuħ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|