+ANNESS VII KONTENUT TAD-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA

ANNESS VII KONTENUT TAD-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA




ANNESS VII

KONTENUT TAD-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 31 għandu jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli għall-prodott rilevanti b’elementi diġitali:

1. 

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott b’elementi diġitali, inklużi:

(a) 

l-iskop maħsub tiegħu;

(b) 

il-verżjonijiet ta’ software li jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà;

(c) 

fejn il-prodott b’elementi diġitali huwa prodott tal-hardware, ritratti jew illustrazzjonijiet li juru karatteristiċi esterni, immarkar u tqassim intern;

(d) 

l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-utent kif stabbiliti fl-Anness II;

2. 

deskrizzjoni tad-disinn, tal-iżvilupp u tal-produzzjoni tal-prodott b’elementi diġitali u tal-proċessi tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi:

(a) 

l-informazzjoni meħtieġa dwar id-disinn u l-iżvilupp tal-prodott b’elementi diġitali, inkluż, fejn ikun applikabbli, tpinġijiet u skemi u deskrizzjoni tal-arkitettura tas-sistema li tispjega kif il-komponenti tas-software jibnu fuq xulxin u jintegraw fl-ipproċessar ġenerali, jew jalimentaw lil xulxin;

(b) 

l-informazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltà stabbiliti mill-manifattur, inklużi l-lista ta’ materjali tas-software, il-politika dwar id-divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet, evidenza tal-għoti ta’ indirizz ta’ kuntatt għar-rapportar tal-vulnerabbiltajiet u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula għad-distribuzzjoni sigura tal-aġġornamenti;

(c) 

l-informazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa tal-proċessi ta’ produzzjoni u monitoraġġ tal-prodott b’elementi diġitali u l-validazzjoni ta’ dawk il-proċessi;

3. 

valutazzjoni tar-riskji għaċ-ċibersigurtà li kontra tagħhom il-prodott b’elementi diġitali huwa ddisinjat, żviluppat, prodott, ikkonsenjat u miżmum skont l-Artikolu 13, inkluż kif ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I huma applikabbli;

4. 

informazzjoni rilevanti li tkun ittieħdet inkunsiderazzjoni biex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ appoġġ skont l-Artikolu 13(8) tal-prodott b’elementi diġitali;

5. 

lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, speċifikazzjonijiet komuni kif stabbilit fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament jew skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati skont ir-Regolament (UE) 2019/881 skont l-Artikolu 27(8) ta’ dan ir-Regolament, u, fejn dawk l-istandards armonizzati, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew l-iskemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Partijiet I u II tal-Anness I, inkluża lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati li jkunu ġew applikati parzjalment, speċifikazzjonijiet komuni jew skemi Ewropej ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati;

6. 

rapporti tat-testijiet imwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità tal-prodott b’elementi diġitali u tal-proċessi tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltà mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà applikabbli kif stabbilit fil-Partijiet I u II tal-Anness I;

7. 

kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

8. 

fejn ikun applikabbli, il-lista ta’ materjali tas-software, wara talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq dment li tkun meħtieġa sabiex dik l-awtorità tkun tista’ tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta