+Artikolu 25 Protezzjoni tad-data
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4

Artikolu 25 Protezzjoni tad-data

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   L-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679. Id-data personali li tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament mill-Kummissjoni jew mill-EBA hija soġġetta għar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 25 2

2.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi abbażi ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet biss tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod li huwa inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet. L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 25 3

3.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti l-ġodda bl-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 qabel ma jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjoni okkażjonali. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandha, b’mod partikolari, tinkludi avviż ġenerali dwar l-obbligi legali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament meta jipproċessaw id-data personali għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 25 4

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jiżguraw f’kull ħin li t-trażmissjoni ta’ kwalunkwe data personali dwar il-partijiet involuti fi trasferiment ta’ fondi jew trasferiment ta’ kriptoassi titwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, wara konsultazzjoni mal-EBA, joħroġ linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għat-trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi. L-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar proċeduri xierqa għad-determinazzjoni ta’ jekk jiġix eżegwit, irrifjutat, irritornat jew sospiż trasferiment ta’ kriptoassi f’sitwazzjonijiet fejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi ma tkunx tista’ tiġi żgurata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit