3. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti l-ġodda bl-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 qabel ma jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjoni okkażjonali. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandha, b’mod partikolari, tinkludi avviż ġenerali dwar l-obbligi legali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament meta jipproċessaw id-data personali għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.