+Artikolu 36 Linji Gwida
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
---+Artikolu 36 4
|
Artikolu 36 Linji Gwida
L-EBA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament. Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 14 sa 17 u l-Artikoli 19 sa 22 ta’ dan ir-Regolament.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 2
|
L-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw aspetti tekniċi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal debiti diretti kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, skont dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies ir-rwol limitat tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta’ pagament.
|
|
Artikolu 36 3
|
L-EBA għandha toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-karatteristiċi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi u l-passi li għandhom jittieħdu meta titwettaq it-tali superviżjoni.
|
|
Artikolu 36 4
|
L-EBA għandha tiżgura djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati dwar l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi interoperabbli bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|