+Artikolu 32 Kundizzjonijiet
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.

Artikolu 32 Kundizzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ pagament imsemmijin fil-punti (1) sa (6) tal-Anness I mill-applikazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet kollha jew parti minnhom stipulati fit-Taqsimiet 1, 2 u 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15, 22, 24, 25 u 26, meta:

(a) 

il-medja menswali tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih hija tassumi responsabbiltà sħiħa, ma jeċċedix limitu stabbilit mill-Istat Membru iżda li, fi kwalunkwe każ, ma jammontax għal aktar minn EUR 3 miljun. Dak ir-rekwiżit għandu jiġi vvalutat fuq l-ammont totali proġettat ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-pjan ta’ negozju tagħha, għajr jekk l-awtoritajiet kompetenti jesiġu aġġustament għal dak il-pjan; u

(b) 

l-ebda persuna fiżika responsabbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma tkun ġiet ikkundannata b’reati relatati mal-ħasil ta’ flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.

Artikolu 32 2.
Kwalunke persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew il-post ta’ residenza tagħha fl-Istat Membru li fih fil-prattika twettaq in-negozju tagħha.
Artikolu 32 3.
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu trattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament, għajr li l-Artikolu 11(9) u l-Artikoli 28, 29 u 30 ma japplikawx għalihom.
Artikolu 32 4.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tinvolvi ruħha biss f’ċerti attivitajiet elenkati fl-Artikolu 18.
Artikolu 32 5.
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li hija rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifikati f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, 2 jew 4 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti, il-persuni konċernati għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju skont l-Artikolu 11.
Artikolu 32 6.
Il-paragrafi minn 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849 jew tal-liġi nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit