+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 2.

Għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża prinċipali”, skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal:

(a) 

kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta approvata skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b) 

istituzzjoni deżinjata kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fejn tali kumpannija prinċipali mhix soġġetta għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c) 

kumpannija holding finanzjarji, kumpannija holding finanzjarji mħallta jew istituzzjoni deżinjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali li mhijiex soġġetta għal approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit