+Artikolu 19 Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
►M17
Ma huwiex meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm parteċipazzjoni tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin: ◄
(b)
1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-holding.
|
|
Artikolu 19 2.
|
►M17
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin, fuq bażi ta' każ b'każ, li ma jkunx meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm parteċipazzjoni, tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni: ◄
(a)
fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;
▼C2
(b)
fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;
▼C3
(c)
fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet.
▼B
|
|
Artikolu 19 3.
|
Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fihom, huma għandhom madankollu jiġu inklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward tal-objettivi speċifikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|