|
+Artikolu 19 2. |
Artikolu 19 2.►M17 L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin, fuq bażi ta' każ b'każ, li ma jkunx meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm parteċipazzjoni, tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni: ◄
(a)
fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;
(b)
fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;
(c)
fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|