|
+Artikolu 106 5. |
Artikolu 106 5.Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-valutazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f'konformità mal-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), il-punti (a), (b) u (c), il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija tan-negozju tiegħu hija ddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-ħeġġijiet interni tal-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(b)
għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu tkun iddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(c)
l-istituzzjoni ddokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|