+Artikolu 114 L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali
---+Artikolu 114 1.
---+Artikolu 114 2.
---+Artikolu 114 3.
---+Artikolu 114 4.
---+Artikolu 114 7.

Artikolu 114 L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 114 1.
L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm ma japplikawx it-trattamenti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.
Artikolu 114 2.

L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 1 li tikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI skont l-Artikolu 136.



Tabella 1

Skala tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

0  %

20  %

50  %

100  %

100  %

150  %

Artikolu 114 3.
L-iskoperturi għall-BĊE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.
Artikolu 114 4.
L-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, u għall-banek ċentrali ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern ċentrali u tal-bank ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.
Artikolu 114 7.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jassenjaw piż tar-riskju li jkun anqas minn dak indikat fil-paragrafi 1 sa 2 għal skoperturi għall-gvern ċentrali u għall-bank ċentrali tagħhom ddenonimati u ffinanzjati fil-munita domestika, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw għar-riskju dawn l-iskoperturi bl-istess mod.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-iskoperturi tal-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali tal-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit