|
+Artikolu 124 4. |
Artikolu 124 4.B'deroga mill-paragrafu 3, il-punt (b), f'ġuriżdizzjonijiet li fihom irhna subordinati jipprovdu lid-detentur bi pretensjoni fuq kollateral li jkun legalment infurzabbli u jikkostitwixxi mitigant effettiv tar-riskju ta' kreditu, l-irhna subordinati miżmuma minn istituzzjoni li ma tkunx dik li żżomm ir-rahan prijoritarju jistgħu jiġu rrikonoxxuti wkoll, inkluż meta l-istituzzjoni ma żżommx ir-rahan prijoritarju jew ma żżommx rahan bi klassifikazzjoni bejn rahan aktar prijoritarju u rahan aktar subordinat it-tnejn li huma miżmuma mill-istituzzjoni. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli li jirregolaw l-irhna għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:
(a)
kull istituzzjoni li jkollha rahan fuq proprjetà tista' tibda l-bejgħ tal-proprjetà b'mod indipendenti minn entitajiet oħrajn li jkollhom rahan fuq il-proprjetà;
(b)
meta l-bejgħ tal-proprjetà ma jsirx permezz ta' rkant pubbliku, l-entitajiet li jkollhom rahan prijoritarju jieħdu passi raġonevoli biex jiksbu valur tas-suq ġust jew l-aħjar prezz li jista' jinkiseb fiċ-ċirkostanzi meta jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta' bejgħ waħedhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|