+Artikolu 126a 2.

Artikolu 126a 2.

L-iskoperturi ADC għal proprjetà residenzjali jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, dment li l-istituzzjoni tapplika standards sodi ta' oriġinazzjoni u monitoraġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 74 u 79 tad-Direttiva 2013/36/UE u meta tal-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kuntratti legalment vinkolanti ta' qabel il-bejgħ jew ta' qabel il-kiri, li għalihom ix-xerrej jew l-inkwilin ikun għamel depożitu sostanzjali ta' flus kontanti li jkun soġġett għal konfiska jekk il-kuntratt jiġi tterminat jew meta l-finanzjament ikun żgurat b'mod ekwivalenti, jew kuntratti legalment vinkolanti ta' bejgħ jew ta' kiri, inkluż fejn il-pagament isir b'pagamenti parzjali hekk kif ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jimxu 'l quddiem, jammontaw għal porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali;

(b) 

id-debitur ikollu ekwità sostanzjali f'riskju, li tkun irrappreżentata bħala ammont xieraq ta' ekwità ponderata għad-debitur għall-valur tal-proprjetà residenzjali mat-tlestija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit