+Artikolu 139 2.

Artikolu 139 2.

Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu element, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:

▼M17

(a) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju ogħla milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:

(i) 

ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;

(ii) 

tikklassifika pari passu jew subordinata fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti;

(b) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju aktar baxx milli jkun il-każ jekk l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:

(i) 

ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;

(ii) 

tikklassifika pari passu jew prijoritarja fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta' dak l-emittent, kif ikun rilevanti.

▼B

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit