+Artikolu 159 Trattament tal-ammonti ta' telf mistenni, ta' nuqqas tal-IRB u ta' eċċess tal-IRB
---+Artikolu 159 1.
---+Artikolu 159 2.

Artikolu 159 Trattament tal-ammonti ta' telf mistenni, ta' nuqqas tal-IRB u ta' eċċess tal-IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 159 1.

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 158(5), (6) u (10) mis-somma ta' dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 110;

(b) 

aġġustamenti ta' valur addizzjonali minħabba inadempjenza ta' kontroparti ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 34 u relatati ma' skoperturi li għalihom l-ammonti ta' telf mistenni jiġu kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10);

(c) 

tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat ma' dawk l-iskoperturi minbarra t-tnaqqis li sar f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m).

Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont pożittiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ “eċċess tal-IRB”. Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont negattiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ “nuqqas tal-IRB”.

Artikolu 159 2.
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skontijiet iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 166(1) fuq skoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrija meta f'inadempjenza bl-istess mod bħall-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta' kreditu. Skontijiet fuq l-iskoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrija meta ma jkunux inadempjenti ma għandhomx jitħallew jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB. L-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta' kreditu fuq skoperturi f'inadempjenza ma għandhomx jintużaw biex ikopru l-ammonti ta' telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi fir-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit