+Artikolu 173 1.

Artikolu 173 1.

►M17  Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, il-proċess tal-assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄

(a) 

Assenjazzjonijiet u analiżi perjodika tal-assenjazzjonijiet għandhom jitlestew jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax b’mod dirett mid-deċiżjonijiet biex jingħata l-kreditu;

(b) 

L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-assenjazzjonijiet tal-inqas darba fis-sena u jaġġustaw l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali. Debituri b’riskju għoli u skoperturi bi problemi għandhom ikunu soġġetti għal analiżi aktar spissa. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu assenjazzjoni ġdida jekk issir disponibbli informazzjoni materjali dwar id-debitur jew l-iskopertura;

(c) 

Istituzzjoni għandu jkollha proċess effettiv sabiex tikseb u taġġorna l-informazzjoni rilevanti dwar il-karatteristiċi ta’ debitur li jaffettwaw il-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-transazzjonijiet li jaffettwaw l-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit