+Artikolu 173 Integrità tal-proċess ta’ assenjazzjoni
---+Artikolu 173 1.
---+Artikolu 173 2.
---+Artikolu 173 3.
|
Artikolu 173 Integrità tal-proċess ta’ assenjazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 173 1.
|
►M17
Għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi, il-proċess tal-assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄
(a)
Assenjazzjonijiet u analiżi perjodika tal-assenjazzjonijiet għandhom jitlestew jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax b’mod dirett mid-deċiżjonijiet biex jingħata l-kreditu;
(b)
L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-assenjazzjonijiet tal-inqas darba fis-sena u jaġġustaw l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali. Debituri b’riskju għoli u skoperturi bi problemi għandhom ikunu soġġetti għal analiżi aktar spissa. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu assenjazzjoni ġdida jekk issir disponibbli informazzjoni materjali dwar id-debitur jew l-iskopertura;
(c)
Istituzzjoni għandu jkollha proċess effettiv sabiex tikseb u taġġorna l-informazzjoni rilevanti dwar il-karatteristiċi ta’ debitur li jaffettwaw il-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-transazzjonijiet li jaffettwaw l-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni.
|
|
Artikolu 173 2.
|
Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, tal-inqas darba fis-sena l-istituzzjoni għandha tirrevedi l-assenjazzjonijiet tad-debitur u tal-faċilitajiet u taġġusta l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax li l-assenjazzjoni attwali tiġi riportata, jew tanalizza l-karatteristiċi tat-telf u l-istatus tad-delinkwenza ta’ kull aggregazzjoni ta’ riskji identifikata, skont liema applikabbli. Tal-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni għandha wkoll tanalizza permezz ta’ kampjun rappreżentattiv l-istatus tal-iskoperturi individwali f’kull aggregazzjoni bħala mezz sabiex tiżgura li l-iskoperturi jibqgħu jiġu assenjati fl-aggregazzjoni t-tajba, u taġġusta l-assenjazzjoni meta r-riżultat tar-reviżjoni ma jiġġustifikax ir-riport tal-assenjazzjoni attwali.
|
|
Artikolu 173 3.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-metodoloġiji tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-valutazzjoni regolari u indipendenti tar-riskji. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|