|
+Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor |
Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħorArtikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor Kollateral fiżiku għajr kollateral li huwa proprjetà immobbli għandu jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont l-Approċċ IRB fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-arraġnament tal-kollateral li taħtu jiġi pprovdut il-kollateral fiżiku lill-istituzzjoni għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u għandu jippermetti lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-kollateral fi żmien raġonevoli;
(b)
bl-eċċezzjoni unika tal-pretensjonijiet tal-ewwel prijorità permissibbli msemmija fl-Artikolu 209(2)(b), l-ewwel rhuna, jew imposti fuq, kollateral biss għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli u istituzzjoni għandu jkollha prijorità fuq il-mutwanti l-oħra kollha għar-rikavat realizzat mill-kollateral;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw il-valur tal-kollateral fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti fejn is-suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
(d)
il-ftehim ta’ self għandu jinkludi deskrizzjonijiet dettaljati tal-kollateral kif ukoll speċifikazzjonijiet dettaljati tal-mod u l-frekwenza tar-rivalutazzjoni;
(e)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-kreditu interni tagħhom disponibbli għall-eżami tat-tipi ta’ kollateral fiżiku li jaċċettaw u l-politiki u l-prattiki li għandhom fis-seħħ fir-rigward tal-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relatat mal-ammont tal-iskopertura;
(f)
il-politiki ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-istruttura tat-transazzjoni għandhom jindirizzaw dawn li ġejjin:
(i)
ir-rekwiżiti ta’ kollateral xieraq relattiv għall-ammont tal-iskopertura;
(ii)
il-kapaċità ta’ likwidazzjoni fil-pront tal-kollateral;
(iii)
il-kapaċità li prezz jew valur tas-suq ikun stabbilit b’mod oġġettiv;
(iv)
il-frekwenza li biha l-valur jista’ jinkiseb fil-pront, inkluża evalwazzjoni jew valutazzjoni professjonali;
(v)
il-volatilità jew approssimazzjoni tal-volatilità tal-valur tal-kollateral.
(g)
meta jwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' kull deterjorament jew obsolexxenza tal-kollateral, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti tal-passaġġ taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien; għal kollateral fiżiku, l-obsolexxenza tal-kollateral għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet ta' valwazzjoni relatati mal-ESG relatati ma' projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi;
(h)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li fiżikament jispezzjonaw il-kollateral. Għandu jkollhom ukoll politiki u proċeduri fis-seħħ sabiex jindirizzaw l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal spezzjoni fiżika;
(i)
il-kollateral użat bħala protezzjoni għandu jkun adegwament assigurat kontra r-riskju ta’ ħsara u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw dan. Meta ftehimiet ta' titoli ġenerali, jew forom oħra ta' imposta flessibbli, jipprovdu lill-istituzzjoni mutwanti bi pretensjoni reġistrata fuq l-assi ta' kumpanija u meta dik il-pretensjoni jkun fiha kemm assi li ma jkunux eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB kif ukoll assi li jkunu eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi dawk l-assi tal-aħħar bħala protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli. F'dak il-każ, dak ir-rikonoxximent għandu jkun kundizzjonali fuq dawk l-assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-kollateral skont l-Approċċ IRB kif stabbilit f'dan il-Kapitolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|