Artikolu 231
Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni fil-każ ta' aggregazzjonijiet ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjati eliġibbli għal skopertura ttrattata skont l-Approċċ IRB
L-istituzzjonijiet li jkunu kisbu diversi tipi ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jistgħu, għal skoperturi ttrattati skont l-Approċċ IRB, japplikaw il-formula stabbilita fl-Artikolu 230, b'mod sekwenzjali għal kull tip individwali ta' kollateral. Għal dak l-għan, dawk l-istituzzjonijiet għandhom, wara kull pass tar-rikonoxximent ta' tip individwali wieħed ta' FCP, inaqqsu l-valur li jifdal tal-iskopertura mhux garantita (EU) bil-valur aġġustat tal-kollateral (ES) rikonoxxut f'dak il-pass. F'konformità mal-Artikolu 230(1), it-total ta' ES fit-tipi kollha ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandu jkun limitat għall-valur ta' E·(1+HE), li jirriżulta fil-formula li ġejja:
fejn:
|
LGDS,i
|
= l-LGD applikabbli għall-FCP i, kif speċifikat fl-Artikolu 230(2);
|
|
ES,i
|
= il-valur attwali tal-FCP i riċevut wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għat-tip ta' FCP (Hc) skont l-Artikolu 230(2).
|