+Artikolu 244 Titolizzazzjoni tradizzjonali
---+Artikolu 244 1.
---+Artikolu 244 2.
---+Artikolu 244 3.
---+Artikolu 244 4.
---+Artikolu 244 5.
---+Artikolu 244 6.

Artikolu 244 Titolizzazzjoni tradizzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 244 1.

L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi skoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skopertura ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti tat-telf mistenni jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi;

(b) 

l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250  % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li għandha fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

Artikolu 244 2.

Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;

(ii) 

ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji.

Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni skont il-punti (a) jew (b), ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.

Artikolu 244 3.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-ġestjoni tar-riskji interni sabiex tkun tista’ tivvaluta t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(b) 

l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.

Artikolu 244 4.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b) 

il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni ma jkunux jikkostitwixxu obbligi ta’ ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(c) 

l-iskoperturi sottostanti jitpoġġew f’pożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-istituzzjoni oriġinatriċi u mill-kredituri tagħha b’tali mod li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(d) 

l-istituzzjoni oriġinatriċi ma jkollhiex kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti. Jiġi kkunsidrat li jinżamm il-kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti meta l-oriġinatur ikollu d-dritt li jixtri lura mingħand iċ-ċessjonarju l-iskoperturi li jkunu ġew ittrasferiti qabel sabiex ikun jista’ jieħu l-benefiċċji tagħhom jew jekk dan ikun meħtieġ b’mod ieħor sabiex jirriassumi riskju ttrasferit. Iż-żamma mill-istituzzjoni oriġinatriċi tad-drittijiet jew tal-obbligi tal-ġestjoni (servicing) fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti minnha nnifisha ma tikkostitwixxix kontroll tal-iskoperturi;

(e) 

id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:

(i) 

jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel l-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew

(ii) 

iżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet jew altrimenti jtejbu l-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(f) 

fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);

(g) 

fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, dik l-għażla għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii) 

tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;

(iii) 

ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, u ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(h) 

l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 244 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b’dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw il-paragrafu 3.
Artikolu 244 6.

L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet tradizzjonali skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:

(a) 

il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b) 

l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi” għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3;

(c) 

ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.

L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit