|
+Artikolu 244 4. |
Artikolu 244 4.Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;
(b)
il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni ma jkunux jikkostitwixxu obbligi ta’ ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
(c)
l-iskoperturi sottostanti jitpoġġew f’pożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-istituzzjoni oriġinatriċi u mill-kredituri tagħha b’tali mod li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(d)
l-istituzzjoni oriġinatriċi ma jkollhiex kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti. Jiġi kkunsidrat li jinżamm il-kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti meta l-oriġinatur ikollu d-dritt li jixtri lura mingħand iċ-ċessjonarju l-iskoperturi li jkunu ġew ittrasferiti qabel sabiex ikun jista’ jieħu l-benefiċċji tagħhom jew jekk dan ikun meħtieġ b’mod ieħor sabiex jirriassumi riskju ttrasferit. Iż-żamma mill-istituzzjoni oriġinatriċi tad-drittijiet jew tal-obbligi tal-ġestjoni (servicing) fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti minnha nnifisha ma tikkostitwixxix kontroll tal-iskoperturi;
(e)
id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:
(i)
jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel l-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew
(ii)
iżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet jew altrimenti jtejbu l-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
(f)
fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);
(g)
fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, dik l-għażla għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
(ii)
tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;
(iii)
ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, u ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;
(h)
l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|