+Artikolu 245 Titolizzazzjoni sintetika
---+Artikolu 245 1.
---+Artikolu 245 2.
---+Artikolu 245 3.
---+Artikolu 245 4.
---+Artikolu 245 5.
---+Artikolu 245 6.
|
Artikolu 245 Titolizzazzjoni sintetika
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 245 1.
|
L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji u, fejn rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252 meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;
(b)
l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li hija żżomm fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
|
|
Artikolu 245 2.
|
Riskju tal-kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja mħaddna mill-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta’ titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;
(b)
l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-oriġinatur jista’ juri li l-valur tal-iskopertura tas-segment tal-ewwel telf jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi sottostanti b’marġni sostanzjali;
(ii)
ma hemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedja.
Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni, ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.
|
|
Artikolu 245 3.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f’kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista’ jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-immaniġġar tar-riskji interni sabiex tivvaluta t-trasferiment tar-riskju;
(b)
l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.
|
|
Artikolu 245 4.
|
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;
(b)
il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jiġi ttrasferit ir-riskju tal-kreditu tkun konformi mal-Artikolu 249;
(c)
id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:
(i)
jimponu livelli limiti ta’ materjalità sinifikanti li inqas minnhom il-protezzjoni tal-kreditu titqies bħala li ma tiġix attivata jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;
(ii)
jippermettu li l-protezzjoni tiġi fi tmiemha minħabba d-deterjorament tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
(iii)
jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel il-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew
(iv)
iżidu l-kost tal-protezzjoni tal-kreditu għall-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-aggregazzjoni sottostanti;
(d)
il-protezzjoni tal-kreditu hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;
(e)
fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);
(f)
fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, din l-għażla tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
(ii)
tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;
(iii)
ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, kif ukoll ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;
(g)
l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;
|
|
Artikolu 245 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b’dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 245 6.
|
L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti f’titolizzazzjonijiet sintetiċi skont dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-EBA għandha tirrieżamina:
(a)
il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;
(b)
l-interpretazzjoni ta’ “trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi” għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3; u
(c)
ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta’ trasferiment sinifikanti ta’ riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2 jew 3.
L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport mill-EBA, att delegat skont l-Artikolu 462, biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|