+Artikolu 250 Appoġġ impliċitu
---+Artikolu 250 1.
---+Artikolu 250 2.
---+Artikolu 250 3.
---+Artikolu 250 4.
---+Artikolu 250 5.

Artikolu 250 Appoġġ impliċitu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 250 1.
Istituzzjoni sponsor, jew istituzzjoni oriġinatriċi li fir-rigward tat-titolizzazzjoni tkun għamlet użu mill-Artikolu 247(1) u (2) għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju jew tkun biegħet strumenti mill-portafoll tan-negozjar tagħha b’tali mod li ma tkunx aktar meħtieġa jkollha fondi proprji għar-riskji ta’ dawk l-istrumenti ma għandhiex tipprovdi appoġġ, direttament jew indirettament, lit-titolizzazzjoni lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħha bil-ħsieb li tnaqqas it-telf potenzjali jew reali tal-investituri.
Artikolu 250 2.

Tranżazzjoni ma għandhiex titqies bħala appoġġ għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta t-tranżazzjoni tkun ġiet debitament ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti u meta ż-żewġ partijiet ikunu esegwew it-tranżazzjoni billi aġixxew fl-interess tagħhom bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta). Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha twettaq reviżjoni kreditizja sħiħa tat-tranżazzjoni u, bħala minimu, tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi kollha li ġejjin:

(a) 

il-prezz tar-riakkwist;

(b) 

il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara r-riakkwist;

(c) 

il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;

(d) 

il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(e) 

l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf li mistenni li jġarrab l-oriġinatur b’mod relattiv għall-investituri.

Artikolu 250 3.
L-istituzzjoni oriġinatriċi u l-istituzzjoni sponsor għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tranżazzjoni li jidħlu fiha fir-rigward tat-titolizzazzjoni skont il-paragrafu 2.
Artikolu 250 4.
L-EBA għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar x’jikkostitwixxi “kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta” għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u ċ-ċirkostanzi taħt liema tranżazzjoni ma tkunx strutturata biex tipprovdi appoġġ.
Artikolu 250 5.

Jekk istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor tonqos milli tikkonforma mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti kollha ta’ dik it-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati u tiżvela:

(a) 

li hija pprovdiet appoġġ għat-titolizzazzjoni bi ksur tal-paragrafu 1; u

(b) 

l-impatt tal-appoġġ ipprovdut f’termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit