+Artikolu 257 Determinazzjoni tal-maturità tas-segment (MT)
---+Artikolu 257 1.
---+Artikolu 257 2.
---+Artikolu 257 3.
---+Artikolu 257 4.
|
Artikolu 257 Determinazzjoni tal-maturità tas-segment (MT)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 257 1.
|
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3 u soġġetti għall-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jkejlu l-maturità ta’ segment (MT) bħala:
(a)
il-maturità medja ponderata tal-pagamenti kuntrattwali dovuti taħt is-segment skont il-formula li ġejja:
fejn CFt tirrappreżenta l-pagamenti kuntrattwali kollha (prinċipal, imgħaxijiet u miżati) pagabbli mill-mutwatarju matul il-perijodu t; jew
(b)
il-maturità legali finali tas-segment skont il-formula li ġejja:
fejn ML hija l-maturità legali finali tas-segment.
|
|
Artikolu 257 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-determinazzjoni tal-maturità ta’ segment (MT) tkun soġġetta, fil-każijiet kollha, għal limitu minimu ta’ sena waħda u limitu massimu ta’ ħames snin.
|
|
Artikolu 257 3.
|
Meta istituzzjoni tista’ ssir esposta għal telf potenzjali mill-iskoperturi sottostanti minħabba kuntratt, l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-maturità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-maturità tal-kuntratt flimkien mal-itwal maturità ta’ tali skoperturi sottostanti. Għall-iskoperturi ċirkolanti, tapplika l-itwal maturità kuntrattwalment possibbli li jifdal tal-iskopertura, li tista’ tiżdied matul il-perijodu ċirkolanti.
|
|
Artikolu 257 4.
|
L-EBA għandha tissorvelja l-firxa ta’ prattiki f’dan il-qasam, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sal-31 ta’ Diċembru 2019.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|