+Artikolu 268 Rekwiżiti kapitali massimi
---+Artikolu 268 1.
---+Artikolu 268 2.
---+Artikolu 268 3.
---+Artikolu 268 4.
|
Artikolu 268 Rekwiżiti kapitali massimi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 268 1.
|
Istituzzjoni oriġinatriċi, istituzzjoni sponsor jew istituzzjoni oħra li tuża s-SEC-IRBA, jew istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor li tuża s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA tista’ tapplika rekwiżit kapitali massimu għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li hija tħaddan li jkun ugwali għar-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 jew 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma ġewx titolizzati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali tal-Approċċ IRB jinkludi l-ammont tat-telf mistenni assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi kkalkolat skont il-Kapitolu 3 u dak tat-telf mhux mistenni.
|
|
Artikolu 268 2.
|
Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jiġi ddeterminat permezz tal-kalkolu tal-medja ponderata skont l-iskopertura tar-rekwiżiti kapitali tal-porzjonijiet tal-Approċċ IRB u tal-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 268 3.
|
Ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont ikkalkolat skont il-paragrafi 1 jew 2 bl-akbar proporzjon tal-imgħax li l-istituzzjoni żżomm fis-segmenti rilevanti (V), espress bħala perċentwal u kkalkolat kif ġej:
(a)
għal istituzzjoni li għandha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni waħda jew aktar f’segment wieħed, V ikun ugwali għall-proporzjon tal-ammont nominali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tħaddan f’dak is-segment partikolari għall-ammont nominali tas-segment;
(b)
għal istituzzjoni li għandha pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’segmenti differenti, V ikun ugwali għall-proporzjon massimu tal-imgħax fost is-segmenti. Għal dawn il-finijiet, il-proporzjon ta’ imgħax għal kull wieħed mis-segmenti differenti għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt (a).
|
|
Artikolu 268 4.
|
Meta jiġi kkalkolat ir-rekwiżit kapitali massimu għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan l-Artikolu, l-ammont sħiħ ta’ kull profitt fuq il-bejgħ u l-istrips tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu li jirriżultaw mit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni għandu jitnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|