+Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
---+Artikolu 270 1.
---+Artikolu 270 2.
---+Artikolu 270 3.
---+Artikolu 270 4.

Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 270 1.

Istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 26a(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 f’konformità mal-Artikoli 260, 262 jew 264 ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli, meta dik il-pożizzjoni tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 243(2);

(b) 

il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri.

Artikolu 270 2.

L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

il-volum tas-suq u s-sehem mis-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1, fil-klassijiet differenti ta’ assi;

(b) 

l-allokazzjoni ta’ telf osservata għas-segment superjuri u għal segmenti oħra ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pożizzjoni superjuri miżmuma f’tali titolizzazzjonijiet;

(c) 

l-impatt tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fuq l-ingranaġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet;

(d) 

l-impatt tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 dwar il-ħruġ ta’ strumenti kapitali mill-istituzzjonijiet oriġinaturi rispettivi.

Artikolu 270 3.
L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.
Artikolu 270 4.
Sal-10 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport msemmi fil-paragrafu 3, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’attenzjoni partikolari għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li jirriżulta permezz tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li jikkwalifikaw għat-trattament f’konformità mal-paragrafu 1, u għas-sostituzzjoni potenzjali tal-ħruġ ta’ strumenti kapitali minn istituzzjonijiet oriġinaturi, permezz ta’ tali użu. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit