L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati.
Tabella 1
|
Ġurnata tax-xogħol 0
|
0 %
|
|
Ġurnata tax-xogħol 1
|
10 %
|
|
Ġranet tax-xogħol 2 u 3
|
25 %
|
|
Ġurnata tax-xogħol 4
|
50 %
|
|
Ġurnata tax-xogħol 5
|
75 %
|
|
Wara l-ġurnata tax-xogħol 5
|
100 %
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ġurnata tax-xogħol 0” tfisser il-ġurnata tax-xogħol li fiha l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem.