+Artikolu 325n Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni
---+Artikolu 325n 1.
---+Artikolu 325n 2.
---+Artikolu 325n 3.
---+Artikolu 325n 4.
---+Artikolu 325n 5.
|
Artikolu 325n Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325n 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 3 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8), L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet mhux tal-ACTP imsemmija fil-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8).
|
|
Artikolu 325n 2.
|
Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess bħall-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet, kif imsemmi fit-Taqsima 6. Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom ikunu speċifiċi għal dik il-kategorija ta' klassi tar-riskju, kif imsemmi fit-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 325n 3.
|
Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP huma dawn li ġejjin:
(a)
il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati kollha rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(b)
il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inferiti kif deskritt fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni korrispondenti soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(c)
il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-kurvi tar-rendiment rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni espressi bħala vettur tar-rati tal-firxa tal-kreditu għal maturitajiet differenti, inferiti kif indikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.
|
|
Artikolu 325n 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura s_ik kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti jew mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.
|
|
Artikolu 325n 5.
|
Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom jirreferu għall-firxa tas-segment iktar milli l-firxa tal-istrumenti sottostanti u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati rilevanti tal-firxa tal-kreditu tas-segment, ikklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin, f'konformità mal-maturità tas-segment: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(b)
il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tas-segmenti, b'kull waħda kklassifikata għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(c)
il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal dawk il-fatturi ta' riskju kollha, għandha tiġi applikata piż tar-riskju komuni, kif imsemmija fit-Taqsima 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|