+Artikolu 325z Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
---+Artikolu 325z 1.
---+Artikolu 325z 2.
---+Artikolu 325z 3.
---+Artikolu 325z 4.
---+Artikolu 325z 5.

Artikolu 325z Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325z 1.
L-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom ikunu l-valur tas-suq tagħhom jew, jekk ma jkunx disponibbli l-valur tas-suq tagħhom, il-valur ġust tagħhom determinat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.
Artikolu 325z 2.
L-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni bl-istess pool ta' assi sottostanti u li jappartjenu għall-istess segment. M'għandha tkun permessa l-ebda tpaċija bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni b'pools ta' assi sottostanti differenti, anke meta l-punti ta' attakkament u ta' distakkament huma l-istess.
Artikolu 325z 3.
Meta, permezz ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti oħra jistgħu jiġu replikati b'mod perfett, ħlief għad-dimensjoni tal-maturità, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija.
Artikolu 325z 4.
Meta, permezz ta' skoperturi eżistenti f'ismijiet sottostanti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, l-istruttura kollha tas-segment ta' skopertura ta' titolizzazzjoni eżistenti tista' tiġi replikata b'mod perfett, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija. Meta l-ismijiet sottostanti jintużaw b'dan il-mod, dawn għandhom jitneħħew mit-trattament ta' riskju ta' inadempjenza tan-nontitolizzazzjoni.
Artikolu 325z 5.
L-Artikolu 325x għandu japplika kemm għal skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti kif ukoll għal skoperturi ta' titolizzazzjoni użati skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu. Il-maturitajiet rilevanti għandhom ikunu dawk tas-segmenti ta' titolizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit