+Artikolu 325ak Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP

Artikolu 325ak Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP

Artikolu 325ak

Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 6 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

▼M12



Tabella 6

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

4,0 %

2

►M17  Skala 1 sa 10 tal-kwalità kreditizja ◄

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

4,0 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

8,0 %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

5,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

4,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

3,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

2,0 %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

3,0 %

10

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi

6,0 %

11

►M17  Skala 11 sa 17 tal-kwalità kreditizja ◄

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

13,0 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

13,0 %

13

►M17  L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, umutwanti promozzjonali u bonds koperti ◄

16,0 %

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

10,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

12,0 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

12,0 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

12,0 %

18

Settur ieħor

13,0 %

▼M17

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.

B’deroga mit-tieni paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta' bond kopert mhux ikklassifikat għall-bucket 4 meta l-istituzzjoni li toħroġ il-bond kopert ikollha l-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja.

▼M8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit