+Artikolu 325am Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP
---+Artikolu 325am 1.
---+Artikolu 325am 2.
---+Artikolu 325am 3.

Artikolu 325am Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325am 1.

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 7 u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 7 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

▼M12



Tabella 7

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

►M17  Superjuri u skala tal-kwalità kreditizja 1 sa 10 ◄

RMBS — Prime

0,9 %

2

RMBS — Mid-Prime

1,5 %

3

RMBS — Sub-Prime

2,0 %

4

CMBS

2,0 %

5

Titoli garantiti b’assi (ABS) — Self għall-istudenti

0,8 %

6

ABS — Karti tal-kreditu

1,2 %

7

ABS — Karozzi

1,2 %

8

Obbligi kollateralizzati ta’ self (CLO) mhux ACTP

1,4 %

9

►M17  Mhux superjuri u skala tal-kwalità kreditizja 1 sa 10 ◄

RMBS — Prime

1,125 %

10

RMBS — Mid-Prime

1,875 %

11

RMBS — Sub-Prime

2,5 %

12

CMBS

2,5 %

13

ABS — Self lill-istudenti

1 %

14

ABS — Karti tal-kreditu

1,5 %

15

ABS — Karozzi

1,5 %

16

CLO mhux ACTP

1,75 %

17

►M17  Skala 11 sa 17 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni ◄

RMBS — Prime

1,575 %

18

RMBS — Mid-Prime

2,625 %

19

RMBS — Sub-Prime

3,5 %

20

CMBS

3,5 %

21

ABS — Self lill-istudenti

1,4 %

22

ABS — Karti tal-kreditu

2,1 %

23

ABS — Karozzi

2,1 %

24

CLO mhux ACTP

2,45 %

25

Settur ieħor

3,5 %

▼M8

Artikolu 325am 2.
Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull segment għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 7. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe segment li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'din il-manjiera għandhom jiġu assenjati għal bucket 25.
Artikolu 325am 3.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit