+Artikolu 357 Pożizzjonijiet rigward prodotti
---+Artikolu 357 1.
---+Artikolu 357 2.
---+Artikolu 357 3.
---+Artikolu 357 4.
|
Artikolu 357 Pożizzjonijiet rigward prodotti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 357 1.
|
Kull pożizzjoni fi prodotti jew f’derivati ta' prodott għandha tiġi espressa f’termini ta’ unità standard ta’ kalkolu. Il-prezz spot f’kull prodott għandu jiġi espress fil-munita tar-rappurtar.
|
|
Artikolu 357 2.
|
Il-pożizzjonijiet f’deheb jew f’derivati tad-deheb għandhom jitqiesu bħala soġġetti għar-riskju tal-kambju u ttrattati skont il-Kapitolu 3 jew 5, kif xieraq, sabiex jiġi kkalkulat ir-riskju tal-prodotti.
|
|
Artikolu 357 3.
|
Għall-iskop tal-Artikolu 360(1), l-eċċess ta’ pożizzjonijiet twal ta’ istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha, jew viċe versa, fl-istess prodott u futures identiċi ta' prodotti, l-opzjonijiet u l-warrants għandhom ikunu l-pożizzjoni netta tagħha f’kull prodott. L-istrumenti derivati għandhom jiġu ttrattati, kif stabbilit fl-Artikolu 358, bħala pożizzjonijiet fil-prodott sottostanti.
|
|
Artikolu 357 4.
|
Sabiex tiġi kkalkulata pożizzjoni f’prodott, il-pożizzjonijet li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet fl-istess prodott:
(a)
pożizzjonijiet f’subkategoriji differenti ta' prodotti f’każijiet fejn is-subkategoriji jkunu kunsinnabbli kontra xulxin;
(b)
pożizzjonijiet f’prodotti simili jekk ikunu sostituti mill-qrib u fejn tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod ċar korrelazzjoni minima ta’ 0,9 bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet fuq perijodu minimu ta’ sena.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|