+Artikolu 383v Buckets tal-piż tar-riskju għar-riskju ta' ekwità
---+Artikolu 383v 1.
---+Artikolu 383v 2.
---+Artikolu 383v 3.
---+Artikolu 383v 4.
---+Artikolu 383v 5.

Artikolu 383v Buckets tal-piż tar-riskju għar-riskju ta' ekwità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 383v 1.

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-prezz spot ta' ekwità għandhom ikunu l-istess għall-iskoperturi kollha għar-riskju ta' ekwità f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:



Tabella 1

Numru tal-bucket

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Ekonomija

Settur

Piż tar-riskju għall-prezz spot ta' ekwità

1

Kbira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

55 %

2

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

60 %

3

Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

45 %

4

Finanzjarji, inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

55 %

5

Ekonomija avvanzata

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

30 %

6

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

35 %

7

Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

40 %

8

Finanzjarji, inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

50 %

9

Żgħira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Is-setturi kollha deskritti taħt in-numri tal-buckets 1, 2, 3 u 4

70 %

10

Ekonomija avvanzata

Is-setturi kollha deskritti taħt in-numri tal-buckets 5, 6, 7 u 8

50 %

11

Settur ieħor

70 %

12

Kbira

Ekonomija avvanzata

Indiċijiet ikkwalifikati

15 %

13

Oħrajn

Indiċijiet ikkwalifikati

25 %

Artikolu 383v 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325bd(7).
Artikolu 383v 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi suq emerġenti u ekonomija avvanzata għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325ap(3).
Artikolu 383v 4.
Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur industrijali. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur fil-paragrafu 1, it-Tabella 1, u għandhom jassenjaw lill-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11. L-emittenti ta' ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu allokati għal bucket partikolari abbażi tal-aktar reġjun u settur materjali li fihom jopera l-emittent ta' ekwità.
Artikolu 383v 5.
Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju vega ta' ekwità għandhom jiġu stabbiliti għal 78 % għall-buckets 1 sa 8 u l-bucket 12, u għal 100 % għall-buckets l-oħra kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit