|
+Artikolu 391 Definizzjoni ta’ istituzzjoni għall-finijiet ta' skoperturi kbar |
Artikolu 391 Definizzjoni ta’ istituzzjoni għall-finijiet ta' skoperturi kbarArtikolu 391 Definizzjoni ta’ istituzzjoni għall-finijiet ta' skoperturi kbar Għall-finijiet ta' kalkolu tal-valur tal-iskoperturi skont din il-Parti, it-terminu 'istituzzjoni' għandu jinkludi kwalunkwe impriża privata jew pubblika, inklużi l-fergħat tagħha, li, li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun tissodisfa d-definizzjoni tat-terminu “istituzzjoni” u li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjonijiet dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|