|
+Artikolu 401 3. |
Artikolu 401 3.Fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta' kwalunkwe kollateral meħud. It-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress. It-testijiet tal-istress imwettqa għandhom ikunu adegwati u adatti għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:
(a)
politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;
(b)
politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu, b'mod partikolari minn skoperturi kbar għall-kreditu indirett, pereżempju, l-iskoperturi għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|