|
+Artikolu 418 4. |
Artikolu 418 4.L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi sodi biex jikkalkulaw u jirrappurtaw il-valur tas-suq u l-haircuts għal ishma jew unitajiet f'CIUs. Biss fejn dawn jistgħu juru, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-materjalità tal-iskopertura ma tiġġustifikax l-iżvilupp tal-metodoloġiji tagħhom stess, l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw it-telf impost għall-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3:
(a)
l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;
(b)
għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, bil-kondizzjoni li l-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a). Il-korrettezza tal-kalkoli mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|