+Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428af

Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

self mhux aggravat iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux aggravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b) 

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ad, sakemm dak is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit