+Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428r 1.
------+Artikolu 428r 2.
---+Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428s 1.
------+Artikolu 428s 2.
---+Artikolu 428t Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428u Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428v Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428w Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428x Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428y Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428z Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428aa Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ab Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ac Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ae Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428ah 1.
------+Artikolu 428ah 2.
|
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428r Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
|
Artikolu 428s Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
|
Artikolu 428t Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428t
Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità estremament għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428u Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428u
Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ.
|
|
Artikolu 428v Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428v
Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428s(1);
(b)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
(c)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmijin fl-Anness I b'maturità residwa ta' sena jew iktar.
|
|
Artikolu 428w Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428w
Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428x Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428x
Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi ta' livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428y Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428y
Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428z Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428z
Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B mhux aggravati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428aa Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428aa
Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
bonds koperti mhux aggravati ta' kwalità għolja ħafna skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
(b)
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 30 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428ab Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ab
Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
titolizzazzjonijiet mhux aggravati ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
(b)
ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 35 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428ac Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ac
Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ad
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;
(b)
depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(c)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':
(i)
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(ii)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
(iii)
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(iv)
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
(v)
korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;
(vi)
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':
(i)
il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
(e)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;
(f)
assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
(g)
kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac.
|
|
Artikolu 428ae Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ae
Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428af Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428af
Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
self mhux aggravat iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux aggravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;
(b)
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ad, sakemm dak is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
|
|
Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ag
Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
(b)
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux aggravat;
(c)
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428af, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 ġurnata u li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' iktar minn 35 % f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(d)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
(e)
titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(f)
ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(g)
komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet;
(h)
assi aggravati għal maturità residwa ta' sena jew aktar fi grupp ta' kopertura finanzjat minn bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 428ah Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|