|
+Artikolu 430 8. |
Artikolu 430 8.L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 36 ) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:
(a)
jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom;
(b)
ikejjel l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perijodu rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:
(i)
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jitkejlu bħala l-proporzjon tal-ispejjeż ta' rappurtar relattivi għall-ispejjeż totali tal-istituzzjoni matul il-perijodu rilevanti;
(ii)
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jinkludu l-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rappurtar, inkluż l-infiq fuq il-persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;
(iii)
il-perijodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perijodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' rappurtar biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rappurtar fuq bażi kontinwa;
(c)
jivvaluta jekk l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet kinux proporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali;
(d)
jivvaluta l-effetti ta' tnaqqis ta' rekwiżit ta' rappurtar fuq l-ispejjeż u l-effettività tas-superviżjoni; u
(e)
jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar, tal-inqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, li għal dan il-għan l-ABE għandha jkollha fil-mira tnaqqis mistenni tal-ispiża medja ta' mill-inqas 10 % iżda idealment 20 % ta' tnaqqis fl-ispejjeż. L-ABE għandha, b'mod partikolari, tivvaluta jekk:
(i)
ir-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 jistgħux jitneħħew għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fejn l-aggravar tal-assi kien taħt ċertu limitu;
(ii)
il-frekwenza tar-rappurtar meħtieġa f'konformità mal-punti (a), (c), u (g) tal-paragrafu 1 tistax titnaqqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|